Il-psikoterapista Matthew Bartolo jitkellem bis-serjetà dwar diversi pariri li jixtieq jgħaddi lil diversi rġiel li jkunu għaddejjin minn mumenti iebsin. Jibda billi jissuġġerixxi lill-irġiel iduru dawra magħhom infushom biex jifhmu aktar x’qed jiġri.
Importanti li individwu jagħti kas in-nies li qed idawwar lilu nnifsu bihom, u x’emozzjonijiet qed iġibu magħhom. Għandek tara li tkun fil-kumpanija ta’ nies pożittivi u li jġiegħeluk tħossok tajjeb.
“Għandna bżonn naraw naqra x’qegħdin nitimgħu lil moħħna. Jekk qed tħossok imdejjaq, jekk qed taħseb ħsibijiet ħżiena, dur dawra ma’ moħħok, u ara x’qed titma’ lil moħħok. X’nies li qed iddawwar lilek innifsek bihom, fuq xiex jitkellmu, x’tip ta’ emozzjonijiet qed iqanqlulek meta tkun magħhom.”
Jagħti parir biex taqta’ n-nies minn ħajtek li qed jagħmlu ħsara lis-saħħa mentali tiegħek. Raġel għandu jara x’affarijiet qed jaqra jew jara fuq il-midja soċjali u x’qed jitma’ lil ġismu, speċjalment fejn jidħlu sustanzi.
“X’qed tagħmel sports? Anke jekk hemm ormoni li qed jaffettwaw l-aggressivita, il-ħsibijiet u anke d-dwejjaq li jkollok. Dur dawra miegħek innifsek għax għandna bżonnok… Għandna bżonn aktar irġiel b’saħħithom, li jfittxu l-għajnuna meta jħossuhom ħażin…”
Matthew jfakkar li kollha kemm aħna ngħaddu minn diffikultajiet li jġiegħeluna nbatu. Ara l-filmat hawn taħt: