Il-komunità African Media Association Malta għadha kif bdiet protesta ġewwa l-Belt Valletta rigward id-drittijiet u t-trattament mistenni tal-immigranti. Huma ppubbliukaw filmat LIVE fuq il-paġna uffiċjali flimkien ma’ messaġġ.
Fuq il-post tal-filmat kitbu li, “Il-komunitajiet migranti f’Malta jiffaċċjaw kwistjonijiet diffiċli u dalgħodu jridu jesprimu r-rabja tagħhom biex jiżguraw li jinstemgħu mill-awtoritajiet.” Fost il-ħafna każijiet li ġraw f’pajjiżna, din il-protesta tiġbed l-attenzjoni ta’ dak li ġara lil Jaiteh Lamin il-ġimgħa l-oħra.