Bil-Filmat: Issa Tista' Tagħmel Rapport Mal-Pulizija Minn Darek Stess

Fuq il-paġna The Malta Police Force għadha kemm ippubblikat filmat li jispjega kif issa tista’ tagħmel rapport anke minn darek stess. Dan jifrankalek li toqgħod tmur l-għassa tal-Pulizija.

Uffiċjal tal-Pulizija jispjega fil-filmat kif tista’ tidħol fis-sit tal-Pulizija fejn permezz tagħha tagħmel talba għal rapport. Minn hemm it-tim tal-korp jikkuntattjawk u jkunu jistgħu jieħdu r-rapport tiegħek jew b’telefonata, jew anke permezz ta’ pjattaformi bħal Whatsapp.

Aktar tard jibagħtulek in-numru tar-rapport tiegħek kif ukoll koppja tiegħu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI