Bil-Filmat: "It-Tifla Tat-Teacher Li Tgħallem It-Tfal Tan-Nisa Fil-Prostituzzjoni" – Angele Galea

Angele Galea kienet il-mistiedna ta’ Owen Bonnici fuq il-programm Prime Time din il-ġimgħa fejn tkellmet fuq il-proġett il-ġdid tagħha. Proġett li jlaqqa’ l-arti flimkien mal-ħajja ta’ kuljum. Il-ħajja li jgħixu dawn in-nisa.

Angele biex tidħol aktar fil-proġett u tifhem eżatt, il-ħajja tal-prostituti, spiċċat anke tagħmel volontarjat sabiex l-iscript innifsu jkun wieħed reali u jagħti lis-soċjetà togħma dak li jgħixu kuljum dawn in-nies. 





L-ewwel idea tgħid li ġiet imnebbħa minn meta kienet għadha tifla, fejn ommha kienet tgħallem lit-tfal tal-prostituti u kienet tisma’ bil-problemi li dawn ikollhom. Hi kienet tħossha konfuża kif mhux qed tgħaddi minn dan kollu.

Meta kienet waqt kors u talbuha sabiex tikteb xena… moħħha mar mill-ewwel f’kurutur f’kerrejja. Minn hemm beda bil-mod il-mod jikber dan il-proġett!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI