L-attivista Romina Frendo qasmet filmat biex tirrispondi kumment ta’ Peppi Azzopardi rigward il-qattiel tal-qtates.
Romina tibda billi tirreferi għall-premissa li l-attivisti qed isemmgħu leħinhom biex kull qtil ta’ qattus jew qattusa jieħu l-ħtija tiegħu dan l-istess qattil.
“Le, tant hu hekk li m’għandniex idea ċara ta’ kemm qattus inqatel. Kulma nista’ ngħidlek hu li minn rapporti li għandi minn feeders, u jiena għandi network wiesa’, li mill-Balluta hemm xi għoxrin qattus milli nafu off hand, li m’għadhomx hemm. Mit-toroq f’Ta’ Sliema, partikolari dawk fejn instabu l-iġsma, hemm xi 12-il qattus li mhux hemm.”
Issemmi li huwa vera li aggressuri bħal dan l-individwu għandhom bżonn għajnuna mentali, iżda ma jfissirx li għandhom jiġu ġustifikati.
“Hawn tip ta’ mibgħeda kbira u rabja kbira li dan tefa’ fuq dan il-qattus, wara li qala’ xebgħa tal-Bambin, jipprova jidħol taħt trakk dan il-qattus u jibqa’ jipprova jfittxu sakemm ikun ċert li jimmassakrah… bid-daqqiet tas-sieq, waħda wara l-oħra, meta dan qed jitolbok il-ħniena… ara ma tgħidulix li dan att li qatt nistgħu nippermettu li ma jiħux il-ġustizzja li ħaqqu.”
Segwi l-filmat hawn taħt: