Filmat tassew ħelu li jlaqqa’ grupp ta’ żgħażagħ flimkien biex jiżfnu l-kanzunetta Jersulame. Rajna diversi filmati, iżda jidher li t-tim wara dan il-filmat ħadem bis-sħiħ sabiex ikollhom xi ħaġa oriġinali.
Il-filmat ilaqqgħna ma’ diversi nies li jkunu għaddejjin jagħmlu atttivitajiet varji ġol-Belt Valletta. Minn dawk li jkunu xogħol, għall-oħrajn li jkunu ma’ sħabhom jew inkella jkunu qed jiltaqgħu biex jgħaddu ftit ħin mal-maħbub tagħhom.
Insomma, sitwazzjoni tipika fil-kapitali tagħna iżda malli jisimgħu l-ewwel daqqiet tal-kanzunetta lkoll jinġabru flimkien biex jiżfnu mar-ritmu ta’ Jersulema u ż-żifna popolari li dan is-sajf rajnieha ddur madwar id-dinja.
Araw il-filmat hawn taħt u gawdu xeni mill-isbaħ tal-Belt kapitali tagħna!