Bil-Filmat: Jagħtu Raġun Lil Howard U Chris Ma Jiddiżappuntax!

Chris Tanti għal darboħra reġa’ wera kemm hu bravu fit-teknika tiegħu bil-kitarra. Chris daqq “Isn’t she lovely” perfetta! “Qisek ma kontx waħdek qed idoqq” qallu Ray. “Il-palk kien qisu tiegħek u imlejtu!“ qaltlu Sarah.





Maxine tgħidlu li kienet maħruqa għal Howard għax kellu raġun! Howard jistqarr li fil-parti fejn riedu jagħżlu s-semi finalisti kellu joħroġ għonqu għalih, “għax kont naf x’kapaċi tagħmel aktar. Din kienet waħda mill-aħjar prestazzjonijiet tiegħek”.

Chirs Tanti jirnexxielu jgħolli l-livell tal-ewwel audition u l-prestazzjoni tal-lum kienet waħda memorabbli.

Tista’ tivvota għal Chris Tanti fuq 5061 4405 billi tibgħat SMS vojt. Tista’ tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI