Waqt li tkellem dwar il-ħtieġa li l-Gvern Ingliż għandu jagħmel xi ħaġa biex jgħin l-Ingliżi jitilfu l-piż, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kien qal: “Meta tqabbilna ma’ pajjiżi oħra, aħna l-aktar ħoxnin, apparti l-Maltin għal xi raġuni”. Hu kien qal dan f’intervista li ta lil Times Radio f’Ġunju li għadda.
L-istorja jidher li rrepetier ruħha hekk kif kien pront żeffen lill-Maltin fl-argument tiegħu rigward il-bżonn li l-obesita tiġi kkontrollata. Hu kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet rigward dan is-suġġett ġewwa l-Parlament Ingliż.
Boris Johnson says “we are considerably fatter than most other European nations apart from the Maltese” and government will bring forward a strategy, as Tory MP Caroline Nokes highlights the unequal impact of coronavirus on overweight people#PMQs https://t.co/TA1hMi3z6X pic.twitter.com/jnUdksLFDA
— BBC Politics (@BBCPolitics) July 22, 2020
Dan li qal ma tantx kien intlaqat mill-poplu Malti u Għawdxi hekk kif bosta kienu li kritikaw dak li qal. X’għandu xi jgħid il-pubbliku din id-darba?