Fil-filmat li tellgħu ftit ilu l-grupp FAITH fuq il-mezzi soċjali għandu bosta tweġibiet interessanti dwar kurżitajiet differenti fuq il-ħames kantanti.
Fil-fatt meta tarah tista’ tiskopri diversi affarijiet li fors ma kontx taf qabel dwarhom. Per eżempju jekk qatt kellhomx xi tip ta’ operazzjoni li jibqgħu jiftakruha f’ħajjithom, xi bullying li għaddew minnu, u saħansitra jekk qatt iċċijtjaw waqt xi test jew eżami. Wara li wieġbu għal din il-mistoqsija kienu pronti qalu lit-tfal li qed isegwuwhom biex ma jimitawhomx.
Ir-risposta ta’ dan il-grupp ħelu jidher li kienet waħda mħallta… min taħsbu li qalu iva?
Facebook/ X FACTOR Malta/ FAITH