Bil-Filmat: Jiżżewweġ L-Attur Jean Pierre Cassar Lill-Maħbub Tiegħu Julian – Awguri Mill-Qalb!

Ilbieraħ, kull min isegwi l-mezzi soċjali u numru ta’ personalitajiet lokali, żgur li rrealizza li żżewweġ l-attur lokali Jean Pierre Cassar. Jean Pierre żżewweġ lill-maħbub tiegħu Julian Micallef.

Ħafna żgur li jiftakru lil Jean Pierre mis-sensiela popolari D.R.E.A.M.S u Ħbieb u Għedewwa, u llum il-ġurnata tista’ tgħid li għandu numru ta’ segwaċi li jsegwuh fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Il-mod umoristiku li juża biex iwassal il-messaġġ tiegħu żgur li jinżel tajjeb ma’ bosta.





Barra li issa huma miżżewġin, il-koppja għandhom ukoll negozju tal-ħwejjeġ flimkien. Jidher li l-koppja kellhom lista ta’ personalitajiet li animaw iċ-ċelebrazzjoni tagħhom, minn Ira Losco, Destiny sa Claudette Pace. Barra minn hekk, kellhom lil Amber, Janvil, Martina Borg u Glen Vella tul is-serata kollha.



F’isem it-tim ta’ Gwida, nixtiequ nawgurawlhom l-isbaħ xewqat! Nittamaw li jkollhom ħafna u ħafna snin ta’ kuntentizza flimkien. Awguri mill-qalb.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI