Illum hu l-jum iddedikat għall-għarfien dwar is-suiċidju u Richmond Foundation Malta nedew kampanja biex jippromovu s-sit kifint.com, “sit elettroniku ġdid li jagħti informazzjoni u gwidi għal min qed jesperjenza diffikultajiet ta’ saħħa mentali. Is-sit jiffoka fuq l-ansjetà u d-dipressjoni, u jinkludi ammont ta’ filmati bil-Malti u bl-Ingliż ta’ nies li jgħixu b’dawn il-kundizzjonijiet.”
Fosthom jitkellem l-attur Toni Busuttil, l-attriċi u kantanta Analise Mifsud, ir-rapper lokali il-Lapes. Il-paġna tagħhom tkompli tgħid, “llum huwa l-Jum Dinji għall-Għarfien Dwar is-Suiċidju, u għaldaqstant ma stajniex inniedu l-kampanja mingħajr ma nibdew b’dan l-ewwel filmat. Ara x’tista’ tagħmel jekk tinsab imħasseb fuq xi ħadd qribek. Ibda konverżazzjoni, staqsih, “kif int?”