L-attriċi Pauline Fenech tkellmet dwar il-ħsara li tiġi kkawżata meta jsir ħafna paroli fuq kif wieħed jidher, speċjalment meta ma tafux l-istorja tiegħu!
Pauline tgħid, “Ħafna paroli, ‘ara din kemm tqawwiet’… jekk tagħmel id-dieta, ‘dik naħseb mardet ta”… dawn in-nies qatt m’kint ser talqilhom ħalqhom. Illum nasal f’punt ngħid ‘oqgħod parla waħdek.'”
Hi tkompli b’każ ta’ tfajla ta’ 14-il sena li qed taffaċċja dawn il-kummenti. “Jikkummentawlha għax qawwija. Ta’ 14-il sena ma immaturajtx biżżejjed biex tikkumbattihom dal-affarijiet.”
Dan il-messaġġ jolqot direttament realtà li ħafna drabi tiġi injorata fis-soċjetà tal-lum, fejn in-nies spiss jiġu ġġudikati fuq id-dehra tagħhom mingħajr ma wieħed iqis is-sentimenti tal-individwu.
Minflok niffukaw fuq kif jidher xi ħadd, għandna nippruvaw nifhmu aħjar lil xulxin u nuru aktar sensittività.
Segwu aktar dwar dak li tkellmet fuqu Pauline waqt il-programm Kuxjenza, nhar is-Sibt li ġej fuq TVM+.