Jane hi l-mara Maltija li rnexxielha ssalva lil dan il-qanfud tal-filmat fil-waqt hekk kif waqa’ u ġie maqbud f’ġibjun niexef ġewwa Wied Il-Għajn.
Nature Trust Fee Malta ppubblikaw il-filmat u rringrazzjaw f’isem it-tim kollu lil Jane tal-ġest sabiħ li għamlet ma’ din il-kreatura. Dan il-qanfud (21 ċentimetru/ 152 gramma), kien ilu maqbud jumejn sħaħ. Issa jinsab taħt idejn tajba waqt li qed jirkupra għand Jane stess.
Prosit Jane! L-annimali kollha jistħoqqilhom nies responsabbli bħalek!