Bil-Filmat: Jixgħel Id-Dar Tiegħu Bil-Batteriji Użati? – Kif?

Roderick Bugeja qasam mat-tim ta’ Gadgets kif irnexxielu jixgħel id-dar tiegħu bil-batteriji użati. Din kienet strateġija li żgur qatt ma rajna qabel, għaldaqstant it-tim ta’ Gagdets xtaq jiskopri aktar kif għamel dan. 

Wieħed jistaqsi imma kif jista’ jkun? “Għamilt madwar ħames jew  sitt snin niġbor il-batteriji…” jgħid Roderick meta beda jirrakkonta kif beda kollox. Hu semma li hemm tipi partikolari ta’ batteriji li ried juża biex is-sistema tiffunzjona b’din l-istrateġija. Kollox jaħdem f’dak li Roderick isejjaħlu power wall, fejn uża total ta’ 1,120 batteriji, u kapaċi jiżdiedu.

Roderick qal li għall-ewwel missieru u xi wħud min-nies li jaf ma emmnux li ħa jirnexxielu, u dejjem qalulu li batteriji użati ma jistgħux jaħdmu. Madankollu kif ħa taraw fil-filmat tahom risposta! Segwi aktar l-ispjegazzjoni ta’ Roderick dwar din l-istrateġija.

View this post on Instagram

A post shared by Gadgets (@gadgetsmalta)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI