Għada ser issir il-maratona b’risq il-CARITAS. Fl-intervista li ser tixxandar għada hemm il-Mons. Victor Grech isemmi lill-prinċipessa Diana! Dan kien iltaqa’ magħha u kienet tagħtu rigal speċjali għall-Caritas ukoll!
“Kont tlajt Londra u kienu stiednu lil Diana biex tipreżentali l-van hi. Hi tatni ċ-ċavetta u tlajt fil-karozza magħha biex narawha minn ġewwa” jgħid Mons. Victor Grech. Liema van beda jużah ħuħ, il-kantant Joe Grech.
Joe għamel 30 sena volontarjat mal-Caritas, fejn għal bidu kien idur bl-anzjani u dawn bi bżonnijiet speċjali b’dan il-van! Jekk kien ikun hemm xi ħadd waħdu, Joe kien jara biex jagħmillu kumpanija. Mhux l-ewwel darba li ħadhom ġurnata Għawdex. Joe ħadem ukoll fir-reception tal-Caritas, għax skont ħuħ għandu vuċi tajba u tilqek.
Il-Caritas toffri s-servizzi tagħha kollha bxejn u Joe Grech iħeġġeġ… “Liż-żgħażagħ din ngħidilhom, tidħol il-Caritas, għandkom l-opportunita b’xejn”. Għada s-Sibt bejn nofsinhar u nofsilejl int tista’ tagħmel ħafna ġid billi tgħin lill-Caritas.
