Joseph il-Kapxi mill-Mosta hu magħruf għall-ħsejjes b’ħalqu li jagħmel qisu murtali. Joseph jgħid li jagħmel dak kollu għall-ferħ, u jgħid li dejjem kien pulizija tan-nies. Dejjem kien jixtri l-ħelu lit-tfal u kienu jgħidulu li hu x-xiħ tal-Milied. Joseph iħobb ħafna n-nies u japrezza l-ħajja qal emozzjonat qabel il-prestazzjoni.
Joseph jagħmel il-ħsejjes tal-murtali. Trid tarah jagħmel il-ħsejjes tal-kaxxa! Joseph jaqla’ 4 ‘IVA’ mill-ġurija u kellu jagħmel kaxxa infernali fl-aħħar!
Ġieli rajtu l-filmat tiegħu fuq Facebook?