Bil-Filmat: Josephine Temozzjona Ruħha Filwaqt Li Tikxef Sigriet Lin-Neputijiet Tagħha!

Josephine kienet il-mistiedna ta’ Jurgen Manicolo waqt il-programm Manicolo & Co, u waqt l-intervista tagħha ħin minnhom spiċċat ftit emozzjonata wara li qasmet ma’ Jurgen u t-telespettaturi sigriet li kienet għadha ma qalitx lin-neputijiet tagħha.

Josephine tispiċċa kważi b’għajnejha mimlija dmugħ fejn tgħid li preparat kutra tas-suf lin-neputijiet tagħha, waħda kull wieħed li magħha se tħallilhom ukoll nota, u jekk ikollha minn fejn xi ħaġa tal-flus ukoll. Rigal żgħir mingħandha biex dejjem jiftakru fiha.

Hi qasmet dan il-mument waqt il-programm ta’ Jurgen, u minkejja li kixfet is-sigriet. Żgur li n-neputijiet ħa japprezzaw ħafna dan il-ġest u l-preżenza tagħha f’ħajjithom. Prosit tassew Josephin!





Facebook / Manicolo & Co



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI