“Dalgħodu bdejt il-ġurnata fit-toroq ta’ Raħal Ġdid fejn kelli ċ-ċans nisma’ aktar dak li qegħdin jgħixu u jħossu n-nies,” tenna l-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali.
Hu qal li: “Kien ta’ sodisfazzjon għalija nisma’ kif il-ħidma li qed inwettqu f’bosta oqsma qed tkompli ġġib bidla għall-aħjar fil-ħajja tal-familji u n-negozji tagħna.”
“Iżda mhux biss. Smajt ukoll sfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom u wegħedt li se nibqgħu qrib il-komunitajiet tagħna.”
Int ilħaqtu f’Raħal il-Ġdid lil Prim Ministru dalgħodu? Iktbilna fil-kummenti!
Facebook/Robert Abela