Bil-Filmat: Kieku T-Tfal Ta' Joseph U Andrea Japplikkaw Għal-Liquorish Iħalluhom? Ara X'Qalulna…

Kollha nafu kemm Liquorish jaf ikun diffiċli. Avventura sabiħa u eċitanti, xi drabi tispiċċa bi ftit ikel u drabi oħra ma jkollokx ċans tirqod. Iżda lil’hinn minn dan Liquorish joffri esperjenza indimentikabbli. Iżda kemm kieku lesti l-producers tal-programm iħallu lit-tfal tagħhom jieħdu sehem? 



Dan ir-reklam ser jispiċċa f’0 sekondi

Għada ser ikun hemm sejħa għall-parteċipanti ġodda u ser issiru l-audtions! Titħajjar? Qabel xejn tajjeb li tkun taf li familjari tat-tim tal-produzzjoni ma jistawx jieħdu sehem iżda kieku Joseph jgħidilna… “Żgur it-tifel tiegħi ngħidlu biex jagħmilha u naħseb li tgħallmu u ġġiegħlu jikber f’persuna aħjar milli hu! Għalkemm għadu żgħir għax għandu 2 imma naħseb jien tkun esperjenza sabiħa”. Imma l-mara ta’ Joseph kieku taċċetta? “Il-mara ma naħsibx li tagħmel Liquorish; hi tgħid le. Imma esperjenza fin-nofs tagħmilha” jgħidilna Joseph. 





Anke Andrea taqbel ma’ Joseph, “Hija esperjenza unika u t-tfal tiegħi żgur jikluha xi ħaġa hekk. Kieku xi darba xi ħadd jagħmel Liquorish forsi anke għal età iżgħar, nibgħathom”.

X’qed tistenna? Mhux tmur l-audition jew … 

Bernard Polidano għar-ritratt ta’ Andrea u T-tfal

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI