Bil-Filmat: “Kien Fuq Tiegħu… Fiżikament Attiv, Sportiv Ħafna” – Omm Alex Borg

Omm Alex Borg

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Alex Borg ġie ppubblikat filmat qasir meħud minn bosta persuni viċin tiegħu, li tkellmu dwaru u dwar it-tfulija, fosthom l-għażiża ommu.

Ommu tgħid, “”Kien imqareb ħafna, kien fuq tiegħu ħafna. Biżżejjed ngħidlek li year 6 fil-primarja kelli nixtri xi disa’ qliezet tal-uniformi… jitkaxkar, idur, jagħmel il-kutrumbajsi fit-triq. Kien fiżikament attiv ħafna – fil-fatt eventwalment kien sportiv ħafna.”

Isemmu kemm Alex kien anke jieħu sehem fil-ġostra kull sena, u minn dejjem kien kompetittiv. Kif tafu Alex kien involut ħafna fid-dinja tal-isport u tal-immudellar, fejn anke kien rebaħ Mr World fl-2020.







Ritratti:

Facebook/ Alex Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI