Wieħed mill-preżentaturi ta’ The Traffic Threesome fuq Vibe FM, Nate Darmanin, sefa’ misruq minn sieħbu stess. Din is-serqa saret fuq programm televiżiv “Gourmet Challenge”. Kien Frank Zammit li kien fl-istess programm miegħu li “serqu”. Biss x’ġara eżatt?
Nate u Frank kellhom isajru għal tliet ġurija li jkun hemm fil-programm, fosthom ix-chef Daniel. Iż-żewġ platti kienu distinti minn xulxin u l-ġurija stess bdew ifaħħru l-plat ta’ Nate u jmaqdru l-platt ta’ Frank! Biss fl-aħħar spiċċa biex rebaħ Frank. Nate jemmen li hu kellu jirbaħ u din kienet serqa kbira.
Dan kien il-platt ta’ Nate;
u dan kien ta’ Frank li l-ġurija qalu li l-ġinġer hu b’saħħtu ħafna u t-tiġieġa xotta.
Nate jallega wkoll li Frank rebaħ għax fil-bidu tal-programm, “Jien naf x’ġara, kien hemm Philippa l-preżentariċi u producer tal-programm. Frank daħal b’rigal għaliha”.
Taħseb li Frank kellu jirbaħ?