Bil-Filmat: "Kont Inħares Taħt Il-Karozza…" – Mark Laurence Kien Jibża' Li Ħa Jsib Bomba

Waqt il-podkast Frekwenza mal-preżentatur Mark Azzopardi kien mistieden Mark Laurence Zammit, hekk kif ġie diskuss flimkien mal-mistednin l-oħra, il-ġurnaliżmu f’Malta.

Mark Laurence waqt id-diskussjoni qasam mal-mistednin sitwazzjoni li sab ruħu fiha wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Għal xahar u nofs sħaħ Mark spiċċa jittawwal taħt il-karozza tiegħu għax kien imbeżża’ li xi ħadd għamillu xi bomba.

Apparti minn hekk, Mark Laurence kien iċempel lil tad-dar sa tliet darbiet biex jaċċertahom li kien kollox sew. Mark jgħid li spiċċa daqshekk imbeżża’ minħabba l-fatt li l-każ inkwetah immens u dam ħafna ixxukkjat. 

Segwi aktar fil-filmat.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI