Waqt il-programm tal-preżentatur Jurgen Manicolo kienet mistiedna Mandy Micallef Grimaud, li dal-aħħar konna ilna ma narawha fuq xi intervista. Tant hu hekk li din l-intervista waqt Manicolo & Co hi l-ewwel waħda tagħha bħala gradwata.
Mandy gradwat fil-kriminoloġija, wara li għamlet l-għalmu tagħha minkejja l-biżgħat kollha li affaċċjat. “Kont inkwetata ftit ta’, għax bdejt ngħid peress li kbirt taf kif, imma vera tgħallimt u vera ħadt pjaċir… ħin kollu ninkwieta minħabba l-eżamijiet u hekk.”
Issemmi wkoll kif qalbet veġeterjana wara li sfortunatament mitilha l-kelb li kienu jrabbu, Ċikku. “Kont bdjet ngħid kif qed nibki għal dan il-kelb, imbagħad jiena ma nibkix għall-annimali l-oħra?,” spjegat Mandy.
Mandy tgħid kif fil-passat kienet f’kor u saħansitra xtaqet issir kantanta tal-opri. Segwu aktar hawn taħt: