Iva sewwa smajtu, ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tifhem bil-Malti. Imma din ir-reġina mhi ħadd ħlief l-attur komiku u brillanti Hector Bruno. Dan hekk kif fuq Xarabank, Hector kien interpreta l-parti tar-reġina Eliżabetta f’Ġunju tal-2016 waqt maratona b’riża id-Dar tal-Providenza.
Hector huwa magħruf li għandu kapaċità jimita fejn saħansitra anke ġieli imita personalitajiet Maltin. Insellmulek Hector. Dejjem tnissel tbissima fuq fomm kulħadd!
Inħobbuk!
Ritratt: express.co.uk