F’filmat li ħarġu d-duo Daniel Chircop u Sander Agius fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tagħhom Danusan jintwerew l-iżjed mumenti li ntgħoġbu mill-udjenza fl-2019.
View this post on Instagram
Sander beda billi qal “Għall-aħħar tas-sena dħalna daqxejn fuq Facebook u rajna liem kienu l-videos li intom l-iktar li għamiltu ‘like’”. Fosthom kien hemm meta ġiegħlu Ġappuniż jitkellem bil-Malti, meta għamluha tal-judges ta’ X Factor ma’ Josmar, kull darba li dewwqu l-ikel lin-nies u memorji mill-live show tagħhom.
Sander spiċċa l-messaġġ tagħhom hekk: “Grazzi mill-qalb mingħand id-Danusan lil kull min b’xi mod jew ieħor ta kontribut din is-sena. J’Alla jkollna sena flimkien isbaħ minn dis-sena.”
Facebook/Danusan