Waqt TVAM kienet mistiedna Giselle Spiteri, il-preżentatriċi tat-tielet staġun ta’ Love Island Malta, u li jidher li ħa tkun qed tippreżenta anke r-raba’ staġun.
Giselle rat mill-viċin l-emozzjonijiet li jkunu għaddejjin fil-villa, u dak li jiġri f’ċerti mumenti ta’ tensjoni.
“Mumenti sbieħ fejn għandek żewġ min-nies li qed tarahom quddiem għajnejk, qed jinħabbu. L-emozzjonijiet ikunu kbar, ikunu reali. Ikun hemm taħlita ta’ emozzjonijiet.”
L-applikazzjonijiet għar-raba’ staġun ta’ Love Island Malta huma miftuħin.
Facebook/ Giselle Spiteri