Mat-tim ta’ Popolin titkellem Ramona, omm Nico, tifel bl-awtiżmu. Tirrakkonta fost l-oħrajn il-mumenti sbieħ meta bdew jaraw progress bis-saħħa ta’ apparat li kien juża. Apparat provdut minn The Malta Trust Foundation.
Ramona titkellem dwar il-ġudizzju li ġieli tħabbat wiċċha miegħu fil-ħajja ta’ kuljum. Taqsam magħna wkoll l-esperjenzi sbieħ bħal meta Nico kanta tal-Milied waqt li oħtu kienet iddoqq il-pjanu, progress kbir f’dak li hu komunikazzjoni.
Waħda mill-isbaħ esperjenzi li ssemmi hi meta Nico qalilha Happy Mothers’ Day. “L-ewwel darba li kkomunika magħna bl-apparat kien f’Jum l-Omm… għalija l-kelma ‘Ma’ hi xi ħaġa kbira.”
Sfida oħra li jgħaddu minnha hi f’xi postijiet pubbliċi bħal ħanut u klinika, fejn ikollhom joħorġuh barra l-bini minħabba ċerti ħsejjes u ċerti dawl .
Tappella biex ma jkunx hemm ġudizzju iżda li wieħed jgħin fejn jara l-bżonn.