Illum jintemm uffiċjalment is-sittax il-edizzjoni tal-programm Liquorish. Programm li laqqana ma’ 10 parteċipanti li 3 minnhom ġew eliminati u ma jagħmlux l-avventura sal-aħħar. Din is-sena l-Indonesia l-post magħżul offra ġmiel ta’ xenarju li spikka tul il-programm kollu.
Fl-aħħar sirna nafu li Dylan hu r-rebbieħ ta’ din l-edizzjoni. Dawn kienu l-kummenti tiegħu:
“Grazzi ħafna minn qalbi, napprezza kemm kien hawn nies li emmnu fijja u ssaportjawni” jgħid Dylan. Dylan għandu 25 sena, tattoo artist u jħobb ħafna l-arti marzjali. Fil-programm kien il-parteċipant li kien ivvutat għall-imunita u bhekk seta jagħmel l-avventura sal-aħħar.
Dylan ħadem kemm felaħ tul l-avventura kollha u uħud mit-telespettaturi kellhom raġun u bassru r-rebbieħ. Aħna nawguraw lil Dylan għas-suċċess li kiseb! Il-ġimgħa u s-sibt li ġej hemm l-auditions il-ġodda ta’ liquorish sabiex jintgħażlu l-parteċipanti tas-sena d-dieħla! Ħerqanin biex naraw x’ser toffri l-avventura tas-sena d-dieħla u fuq kollox min ser ikunu l-parteċipanti l-ġodda tal-programm.
Awguri Dylan! Proset Liquorish!