Bil-Filmat: “Li Esperjenzajna Din L-Esperjenza Flimkien, Għenitna Biex Inkunu Nistgħu Nifhmu Iktar Lil Xulxin” – Henrika U Matthias

Matthias u Henrika

Henrika u Matthias, koppja li ħarġet minn Love Island Malta, u li għadha b’saħħitha sal-lum. It-tim tal-produzzjoni tkellem mal-koppja, fejn staqsa dwar kif relazzjoni tinbidel minn ġewwa l-villa għal barra.

Matthias isemmi li meta toħroġ hemm barra, trid tara li ssib ħin għall-persuna l-oħra, qalb l-impenji u r-rutina li jkollhom.

“Toħroġ minn hemm differenti, li daħħal persuna oħra f’ħajtek, trid issib il-ħin għall-persuna l-oħra, però tkompli minn fejn ħallejt xahar ilu.”

Henrika tgħid li r-relazzjoni barra l-villa fiha d-diffikultajiet tagħha minħabba li kulħadd bl-affarijiet tiegħu., iżda temmen li ġiet iżjed soda.

“Li esperjenzajna din l-esperjenza flimkien, għenitna biex inkunu nistgħu nifhmu iktar lil xulxin,” tkompli Henrika.







Ritratti:

Facebook/ Henrika Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI