Il-preżentatriċi Claire Agius Ordway, persuna tant ħabrieka u attiva fl-isports, għadha kemm kisbet suċċess ieħor waqt kampjonat. Fil-fatt hi ġiet l-ewwel fil-kategorija tagħha, u ta’ dan hi tant sodisfatta.
“U din kienet waħda speċjali li nibqa’ ngħożż, u mhux minħabba r-rebħa l-aktar. Tgħallimt aktar dwari nnifsi u dwar il-qawwa tal-ħsibijiet tiegħi,” kitbet Claire. Tiddeskrivieha bħala esperjenza li f’kull kampjonat tkun differenti.
Tinsab kburija anke bid-determinazzjoni ta’ binha li wkoll kiseb suċċess f’dan il-kampjonat. “Li nara lil ibni jibrilla kienet l-aqwa biċċa s’issa.” Prosit lil Claire u lil binha għall-ħidma tagħhom biex ikomplu dejjem mexjin ‘il quddiem fil-passjoni tagħhom!
View this post on Instagram