Wiċċ ġdid għall-aħbarijiet ta’ TVM hu Liam Carter. Liam ilu jaħdem mal-istazzjon u rajnieh ukoll jipproduċi d-dokumentarju Mewta Siekta. Ilbieraħ waqt l-aħbaijiet tas-18:00, Liam ħa żball f’isem ta’ plejer lokali.
Kif ħabbarna fuq Gwida.mt, ilbieraħ kienet l-aħħar logħba professjonali tal-futboller Michael Mifsud. Malta kienet qed tilgħab logħba ta’ ħbiberija kontra l-Liechtenstein. Logħba li l-Maltin rebħu 3 b’xejn.
Kien proprju Michael Mifsud li xeħet lil Malta fil-vantaġġ iżda bi żball Liam waqt l-aħbarijiet qal li kien Carmel Busuttil li xeħet lil pajjiżna fil-vantaġġ. Il-plejer ta’ 56 sena li ilu ftit li rtira mix-xena tal-futbol lokali.
Liam skuża ruħu pubblikament, “bello della diretta. Skużawni tal-lapsus divertenti aktar kmieni tiegħi matul l-aħbarijiet tas-18:00.” Tinkwetax Liam, daħħaktna tnejn u tbissima f’dawn iż-żminijiet tinżel għasel!
Emanuel Mallia – Facebook / Liam Carter