Il-koppja Doneo kienu l-ewwel vittmi tal-programm ‘Min Imissu?!’ ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda. Fil-programm skoprejna ħafna affarijiet u kurżitajiet fuq dawn it-tnejn ħelwin. Qabel kien hemm Ivan Grech bħala solist fil-Wintermoods, il-kantant kien Mark Doneo. Imma Mark għandu vuċi tajba?
Nistaqarru magħkom li għandu u Louise tgħidx kemm kien joġgħobha b’dik ix-xagħar twil kollha nokkli! Kien għalhekk li f’nofs il-programm, Mark ingħaqad ma’ Annaliese fuq il-pjanu u flimkien daqqu kanzunetta. Mark beda jkanta l-lirika oriġinali imma f’daqqa qaleb b’lirika li kiteb hu stess għall-martu l-għażiża! Trid tara wiċċ Louise kif inbidel xħin semgħetu jkanta bil-Malti b’versi ddedikati lilha.
Romantiku r-raġel ta! … Araw x’taħsbu!