Kien bħal-bieraħ l-20 ta’ Frar, meta l-kantanta Bravissima Thea Garrett irnexxielha tisraq il-qlub tat-telespettaturi u l-udjenza preżenti li raw il-Malta Eurosong 2010. Dakinhar Thea rebħet bil-kanzunetta My Dream (kompożizzjoni ta’ Jason Cassar u lirika tal-mibki Sunny Aquilina), b’total ta’ 102 punt.
Fit-tieni post b’58 punt kienet ġiet Just a little more love kantata minn Glen Vella, u fit-tielet b’45 punt klassifikat Words are not enough ta’ Tiziana Calleja. Dik is-sena kienet sfida iebsa hekk kif kien hemm livell għoli ta’ kantanti u kanzunetti. Għal aktar informazzjoni dwar l-edizzjoni ta’ dik is-sena tista’ tara HAWN
Illum il-ġurnata Thea Garrett kompliet tagħmel bosta suċċessi fil-karriera mużikali tagħha barra minn xtutna. Fil-fatt illum il-ġurnata hi waħda mis-solisti li tkanta fil-musicals abord fuq l-Aida Cruise ships. Dan il-filmat t’hawn taħt juri uħud mill-aktar prestazzjonijiet riċenti (qabel faqqgħet il-pandemija).
Bħalissa Thea qiegħda taħdem bħala front line childcarer għat-tfal ta’ essential workers kif ukoll front liners ġewwa Londra. Minn qalbna nawgurawlha saħħa, kuntentizza u aktar suċċessi fil-karriera tagħha!
Erġgħu ġeddu l-memorji billi tisimgħu My Dream hawn taħt:
Ritratt: Facebook/ Thea Garret