Bil-Filmat: "Ma, Kif Qatt Ma Għallimtni, Kif Jien Ser Ngħix Mingħajrek?" – Peppi Azzopardi Lil Ommu

Ilbieraħ sfortunatament smajna bil-mewt ta’ omm il-preżentatur Peppi Azzopardi. L-omm, il-mara, li dejjem sab warajh tkun xi tkun iċ-ċirkustanza, u li dejjem kienet hemm biex tagħti l-parir tagħha.

Peppi kiteb kliem mill-qalb iddedikat għal ommu. 

“Ma, kemm kont iġġiegħelni nistħi, kont tgħid lid-dinja kollha li jien it-tifel tiegħek. Kont tgħid li sabiex naħfer lil min waddab it-tajn. Kont tgħidli biex niqfilhom jekk weġġgħu lill-oħrajn.”

Peppi jagħlaq is-silta bil-kliem, “Għallimtni mhux bil-pridki, imma kif int kont tħobb lill-għajrek. Imma Ma, kif qatt ma għallimtni, kif jien ser ngħix mingħajrek?” 

Żgur li qed titbissem waqt li ktibtilha dan il-messaġġ, għażiż, u żgur li ser tibqa’ kburija bik. Kondoljanzi Peppi u l-familjari kollha. Qalbna tieqaf ma’ dan ir-raġel li ħajtu kollha jiddedikaha biex jgħin lill-proxxmu, speċjalment dak li qed ibati fis-skiet.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI