L-Istrina tinsab dejjem aktar viċin – ġurnata fejn il-Maltin u l-Għawdxin kollha jingħaqdu biex jagħtu mill-ftit tagħhom għal dawk li qed jikkumbattu.
“Inzertajna xxurtjati li kellna lil Community Chest Fund… Mhux talli kont waħdi talli… ħassejtni mitlufa jiena, għax kont naf li sejra Londra u hekk… Xħin tħoss dak il-piż jaqa’ minn fuqek, li tgħid ara mhux se jkolli għalfejn naħseb jien… insejħilhom anġli.”
Kollha kelma waħda – “Ma konniex weħidna… L-Istrina kienet hemm f’kull pass.” Segwi l-filmat hawn taħt u ibqa’ ara l-kontenut fuq il-paġna uffiċjali ta’ L-Istrina.