Bil-Filmat: “Ma Nħossx Il-Ħtieġa Li Tinbidel U Lanqas Nerġgħu Niftħu L-Kanzunetta” – AIDAN Fuq Bil-Fatti

F’intervista fuq Bil-Fatti, AIDAN kien ċar dwar il-pożizzjoni tiegħu, il-kanzunetta tiegħu m’għandhiex għalfejn tinbidel u lanqas terġa’ tinfetaħ minn perspettiva kreattiva jew mużikali.



AIDAN spjega li l-kanzunetta għaddiet minn proċess kumpless ħafna, fejn ġiet irrekordjata b’orkestra fil-Bulgarija u mbagħad intbagħtet l-Amerika biex jitlesta x-xogħol tekniku. Skontu, dan il-vjaġġ kreattiv wassal għal prodott finali li diġà jirrifletti eżatt dak li ried iwassal, u għalhekk ma jarax il-ħtieġa li jsiru bidliet sostanzjali.



Anke fejn tidħol il-prestazzjoni fuq il-palk, AIDAN qal li jixtieq iżommha simili għal kif kienet ippreżentata, filwaqt li ammetta li l-palk ta’ Vjenna huwa bla dubju akbar. Madankollu, kreattivament jemmen li mhijiex lanqas kwistjoni ta’ tibdil, iżda ta’ fedeltà lejn il-viżjoni oriġinali tal-kanzunetta.

Dwar ir-rispons li rċeviet, AIDAN fakkar li l-kanzunetta kisbet 170 punt mill-pubbliku, filwaqt li l-ġurija kollha, ħlief wieħed minn għaxra, ivvutawha bħala l-aqwa kanzunetta — riżultat li, skontu, jikkonferma li l-kanzunetta laħqet l-iskop tagħha u ntlaqgħet kif suppost.



Dikjarazzjonijiet li jkomplu juru artist konvint mix-xogħol tiegħu u determinat li jibqa’ leali lejn l-identità kreattiva li wasslet għal dan is-suċċess.

Ritratti:

Facebook / AIDAN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI