Għal min għandu TikTok, żgur ma jistax jitlef il-filmati ħelwin ta’ Miguel jinterpreta karattru ta’ Xilowna. Liema karattru jgħid li ħolqu mill-affarijiet li jara fit-triq u jinspira ruħu min-nies iżda m’għandu ħadd partikolari f’moħħu. L-isbaħ parti hi li Miguel qatt ma qal li tad-dar fuq dan il-karattru! Kien appuntu meta rebaħ l-award ta’ Lovin Malta li żvela ma’ tal-familja li kien popolari fuq TikTok.
Miguel qiegħed l-ewwel sena l-Universita ta’ Malta, jistudja fil-kors tal-Komunikazzjoni u teatru fejn jixtieq jilħaq għalliem tat-teatru. Ngħiduha kif inhi Miguel, attur bravu ħafna!
Ma’ Valentina Rossi stqarr li qatt ma libes ta’ Xilowna fil-verita u dan dejjem uża filter. Kien għalhekk li Valentina Rossi tistiednu sabiex jilbes ta’ Xilowna għal ewwel darba. Jekk trid tara r-riżultat trid tara dan il-filmat!
Valentina skużana imma, “it’s a big NO NO”. Sadanitant x’ġara meta Xilowna ltaqgħet ma’ Valentina Rossi u kif spiċċat tisraqha!
@migsamuel POV: Xilowna u @vallyrossix ilestu biex imorru ladies night ##fyp ##foryoupage ##foryou ##xilowna