Mark Laurence ta’ Xarabank u Angie Laus ser ikunu iż-żewġ preżentaturi ta’ maratona li tal-Missio qed jorganizaw. F’ċifri li bdew isemmu żgħar, tista’ tgħin persuni foqra. Mark qal li bi 3 ewro biss tista’ tixtri żarbun lil tfal li qatt ma ħolm li jkollhom par.
B’60 ewro tgħid Angie tagħti trattament lit-tfal morda bit-tuberkulożi. Bi 17-il ewro titma’ 260 tifel u tifla fit-Tajlandja. Flus żgħar li għal dawn in-nies ifissru ħafna.
Il-Maratona tal-Missio ser issir fl-4 ta’ Lulju! Ejja nkunu ġenerużi