“Sinċerament nitlob apoloġija lill-ġirien minħabba din it-tifla fil-14G, issa tistgħu tmorru torqdu u tistrieħu” – hekk kitbet Martina Galea Loffreda ftit minuti ilu fuq il-profil tagħha. Imma għaliex?
Milli jidher bħalissa Martina qed tieħu sehem f’xi kompetizzjoni teatrali u li ovvjament għaliha għandha bżonn tipprattika kemm tiflaħ… anke dal-ħin tard filgħaxija! Isimgħu daqsxejn għalxiex tixtieqhom jiskużawha l-ġirien… ninsab ċert li skużata u lesta meta tara kemm hi kantanta bravissima!
Awguri Martina!