Bil-Filmat: “Meta Skoprejna Li T-Tifel Tan-Nofs Dyslexic… Qaltli Naħseb Inti Dyslexic Ukoll” – George Curmi L-Pusè

George Curmi Puse

Il-mużiċist lokali George Curmi l-Pusè tkellem waqt il-programm Kuxjenza dwar il-mument partikolari meta nduna li kien dyslexic. Hu spjega li dan seħħ meta fil-familja tagħhom skoprew li ibnu tan-nofs kien fil-fatt dyslexic. Waqt dan il-proċess, martu bdiet tinnota ċerti karatteristiċi fit-tifel li kienu jfakkruha fih.

Hu qal, “Il-mara bdiet tinduna, ġa kellha għarfien dwarha. Meta skoprejna lit-tifel tan-nofs dyslexic, u bdiet tara ċerti affarijiet vera similari li nagħmel jien, qaltli naħseb inti dyslexic ukoll.”

George rrakkonta kif din l-iskoperta għenitu jifhem aħjar ċerti diffikultajiet li kellu sa minn ċkunitu. L-istorja tiegħu tixxandar f’Kuxjenza s-Sibt fil-17:30 fuq TVM+.







Ritratti:

Facebook/ George Curmi l-Puse

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI