Bil-Filmat: “Mhux Faċli Li Taċċetta Li Rbaħt Avventura Bħal Dik” – Nitkellmu Ma’ Dylan Agius Ir-Rebbieħ Ta’ Liquorish 2020

Żagħżugħ umli, ċajtier u entużjast dawk kienu l-aġġettivi li wħud minn sħabu jiddiskrivuħ. Dylan Agius, r-rebbieħ tal-programm Liquorish ta’ din is-sena. F’intervista ma’ Gwida.mt, Dylan jgħidilna li n-nies ħallewħ bla kliem għax tawh sapport kbir. Iżda x’wassal biex Joseph u t-tim jagħżluh għal-intervista? U għaliex għandu sinna tad-deheb?



Dan ir-reklam ser jispiċċa f’0 sekondi

L-aktar sfida diffiċli għal Dylan kienet proprju l-ewwel waħda tal-ixkejjer. Fl-intervista jgħidilna li għal bidu ħaseb li hi xi ċajta iżda xħin ra wiċċ Joseph serju beda jemmen. Dak il-ħin it-tim beda jippanikja għal din l-isfida psikoloġika, b’Dylan kien fuq quddiem nett biex iħeġġeġ lit-tim.





Tul l-avventura konna dejjem narawh b’xi ġiżirana tad-deheb. Jistqarr magħna li d-deheb jogħġbu wisq. Imma x’wasslu biex għamel is-sinna wkoll tad-deheb? Fl-intervista Dylan jirrakkonta kif meta kien żgħir kellu aċċident li tilef l-ewwel żewġ sinniet t’isfel. Għaddew is-snin u beda jiġi konxju bit-tbissima tiegħu. Kien għalhekk li ddeċieda jibdilha u jagħmel xi ħaġa differenti.

Dylan kellimna wkoll fuq l-annimali tiegħu, b’mod speċjali l-kelb. Qabel telaq għal avventura, Dylan ħalla warajh ġeru ta’ sitt xhur. Magħna jistqarr li xħin ġie lura dan il-kelb qisu għamel f’qalbu u kellu jerġa’ jibdielu t-training mill-bidu.

Ċertament żagħżugħ mimli stejjer u enerġija li ma ddejjaqna xejn insiru nafuh aktar. Jekk taħseb li għandek xi ħaġa speċjali int ukoll, fil-weekend li ġej Liquorish ser ikun għaddej bl-audtions sabiex jintgħażlu l-parteċipanti tas-sena d-dieħla. Fl-intervista Joseph, il-preżentatur u maniġer ta’ Liquorish aċċertana li s-sena d-dieħla Liquorish ser jirritorna minkejja l-inċertezza li ġabet fostna l-pandemija.

Proset Dylan! Awguri Liquorish, ħerqanin biex naraw x’ser toffru s-sena d-dieħla.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI