Bil-Filmat: “Min Jarani Jgħid, ‘Din Dejjem Pulita, Ma Jkollha Xejn Problemi.’ Le, Hemm Ikunu” – Patricia Darmanin

Patricia Darmanin

Ħafna drabi, fil-ħajja ta’ kuljum, niltaqgħu ma’ persuni li f’għajnejna jidhru li għandhom kollox sew: tbissima fuq wiċċhom, dehra serena u ħajja li minn barra tidher perfetta.

Iżda l-verità hi li dak li naraw minn barra mhux dejjem jirrifletti dak li jkun għaddej fil-qalb, fil-moħħ u fil-ħajja reali tal-bniedem. Hemm tbatijiet li ma jidhrux, ġrieħi li ma jissemmewx u piżijiet li jinġarru fis-skiet. Għalhekk, qatt m’għandna niġġudikaw jew nassumu li persuna ma jonqosha xejn, sempliċiment għax tidher tajba minn barra.

Dan il-messaġġ jitqawwa wkoll mix-xhieda ta’ Patricia Darmanin, magħrufa fid-dinja tal-immudellar u li ħafna drabi narawha dejjem eleganti, pulita u kunfidenti.

Waqt il-programm Kuxjenza hi stess tgħid li ħafna nies jaħsbu li tgħix ħajja bla problemi għax jarawha pulita.

“Kultant ituk daqqa u jitfgħuk vera l’isfel… sfortunatament ħallejna s-sena b’daqqa naqra kerha. Din kienet parti li żammitni soda, għax forsi min jarani jgħid, ‘din dejjem pulita, ma jkollha xejn problemi.’ Le, hemm ikunu.”

Segwi Kuxjenza nhar is-Sibt li ġej fil-17:30 fuq TVM+







Ritratti:

Facebook/ Patricia Darmanin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI