Bħalissa minħabba s-sitwazzjoni li ninsabu fiha, kulħadd żgur li qed iħoss in-nuqqas tal-ħajja ta’ divertiment kif kienet qabel. M’għadekx tista’ tmur titħallat u tissoċjalizza kif trid ġo xi bar.
Il-paġna Malta Diżastru Totali xerrdet filmat li jeħodna lura fl-1992. Dan il-filmat ippubblikat erba’ snin ilu mill-kanal Malta, kien inġibed ġewwa Footlose, San Ġiljan. Mill-kummenti li tefgħu bosta li raw il-filmat jidher li anke intgħarrfu xi persuni li kienu preżenti dakinhar.
Araw daqsxejn x’nostalġija!