Bil-Filmat: Minn Reazzjoni Negattiva Fuq Il-Profil Tagħha Issa Saru L-Aqwa Ħbieb Tant Li…

Timmaġinak tidħol tkellem lil xi ħadd li jkun ħallilek kumment negattiv? Hekk għamlet il-ġurija tal-X Factor Malta u kantanta Alexandra Alden. Irċeviet negative reaction fuq waħda mill-istories tagħha u daħlet tkellem lil din il-persuna. 





Mhux talli daħlet tkellimha talli saru l-aqwa ħbieb. Imma tajjeb li ngħidu li r-reazzjoni għamlitha bi żball! Din hija Marie Claire, li għal min qiegħed fuq Instagram jafha żgur. Marie Claire attiva ħafna fuq Instagram u ilha minn 2012. Kienet tużah bhala djarju iżda matul iż-żmien ir-ritratti bdew jiġu aktar popolari. Apparti taħdem fuq Instagram, Marie Claire hija fotografu. 

View this post on Instagram

A post shared by 𝐌𝐚𝐫𝐢𝐞𝐂𝐥𝐚𝐢𝐫𝐞 (@mar.ie.claire) on Apr 30, 2020 at 9:06am PDT

Ma’ Marie Claire, Alexandra Alden iltaqgħet u saħansitra ħadmu 2 music videos flimkien. Tgħidilna li l-ewwel music video li għamlu iffilmjawh għand in-nanna ta’ Marie Claire, “Parti mix-xeni ta’ dan il-music video kien mehud għand nanti fejn stajna noħorġu l-element ta’ nostalġija”.



Il-Ħolma ta’ Marie Claire hi li tmur tgħix barra, fejn tispeċċjaliżża fuq il-karriera tagħha. Imma xewqa partikolari li taħdem fil-magazine popolari, ‘Marieclaire’ … “għaliex minn hemm ġie ismi, allura ikun iffisser ħafna għalija jekk din il-ħolma ssir realtà”.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI