Il-preżentatriċi simpatika u grazzjuża, Valerie Vella kienet il-mistiedna ta’ Sibtek tal-bieraħ. Valerie tkellmet fuq diversi affarijiet fosthom kif is-sena l-oħra spiċċat bi ftit xogħol minħabba l-pandemija. Valerie taħdem bhala interpretu u peress li l-laqgħat m’għandhomx isiru bhal qabel, spiċċat biex ix-xogħol tagħha naqqas mhux bi ftit.
“Aħna naħdmu ġo kabina magħluqin u nkunu tlieta! Kundizzjonijiet tax-xogħol ma jaqblux mal-Covid,” tgħid Valerie fuq Sibtek. Kien għalhekk li x-xogħol ta’ Valerie naqas u l-laqgħat bdew isiru online. “Kienet sfida kbira u issa bil-mod nerġgħu nirrankaw. Naħseb missejt għall-ewwel darba x’jiġifieri tkun bla xogħol. It-televiżjoni dak iż-żmien kien naqqas ħafna. Minn ħajja attiva spiċċajt id-dar, inqum filgħodu u għandi ġurnata li m’għandi xejn fiha. Għalija kienet sitwazzjoni aljena minn kemm ilni ngħix,” tgħid Valerie.

B’hekk ix-xogħol tagħha bhala interpretu naqas ħafna, dan minħabba diversi raġunijiet fothom ir-restrizzjoni fl-ivjaġġar kif ukoll miżuri ta’ saħħa li ma jippermettux gruppi kbar jiltaqgħu flimkien. Minn naħa l-oħra Valerie provat tbiddel ftit il-linja u tiffoka ftit fuq il-karriera televiżiva tagħha u xi passatempi li kienu ftit fuq l-ixkaffa. Flimkien ma’ Mireille Bonello u Marco Calleja l-programm “Kikkre Te” li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-16.30 u s-18.00 fuq NET.
Segwi l-intervista ta’ Valerie hawn:
Forsi ma tafx kif nerġgħu lura għal dak iż-żmien li nkunu nistgħu nsiefru mingħajr problemi ta’ xejn, u xogħlijiet li waqqfu temporanjament bhal dak ta’ interpretu jerġa’ jieħu l-ħajja. Awguri Valerie!
J.J. Chircop Photography