Iz-Zio Amadeio jew aħjar l-Attur Ludwig Farrugia kien il-mistieden ta’ Noli flimkien ma’ missieru! Għandkom tkunu tafu li missier Ludwig hu wisq ħelu! Matul l-intervista beda jkanta l-kanzunetti favoriti ta’ Angie. Minkejja li Ludwig hu artist bravu ħafna u jaf ipenġi, xorta rebaħlu missieru (avolja mar diżastru).
Imma x’tagħmel għal Angie missier Ludwig serqilha qalbha u bir-raġun! Samnalla jkun hemm Mario u Pj fil-programm Ħadd Għalik li jżommu l-punti biex jaraw li kollox miexi kif sippost!