Illum huwa jum għeluq snin l-eks parteċipant tat-tieni staġun ta’ Love Island Malta, Selwyn Grech. Baqa’ magħruf għas-sens t’umoriżmu tiegħu, u kien wasal mal-aqwa erba’ koppji.
Fuq il-midja soċjali, Selwyn qasam filmat fejn minn qalbu jirringrazzja lil dawk li bagħtulu x-xewqat sbieħ, u anke lil dawk li jaħsbu fih f’dan il-jum. Jenfasizza kemm japprezza li dak li jkun jiddedika minn ħinu biex jawgurawlu.
“Jien nifhimha li jekk xi ħadd sab il-ħin biex lili bagħatli awgurju f’għeluq snini, jien għandi nsib il-ħin biex nirringrazzjah. Ġifieri Grazzi. 31 sena… naraw x’hemm lest għalina… x’se toffri l-31 sena.”
Awguri mill-qalb Selwyn!
Facebook/ Selwyn Grech