Bil-Filmat: Nelly Ta' Owen Ma' Tieħux Grazzja Ma' Philippa, Waħda Mill-Ġurati Ta' X Factor Malta!

Fl-iskeda li għaddiet, The New Victorians, kienu mistiedna fuq Prime Time flimkien ma’ Owen Bonnici. Kif kulħadd jaf, Owen ikollu miegħu l-kelba Nelly. Nelly takkumpanjah għal kull programm.

Issoltu Nelly tibqa’ kwieta, iżda meta kien hemm Philippa u Bettina, Nelly semmgħet xi ftit leħinha. Jidher li l-aħwa ħasduha xi ftit u qajmuha mir-raqda tagħha. Philippa kienet l-iktar waħda viċin ta’ Nelly u jidher li Nelly baqgħet tinbaħ għaliha, tant li Philippa spiċċat tersaq ‘il bogħod minnha.

Damet ftit sakemm ikkalmat Nelly, iżda mbagħad malajr sabet postha! Nittamaw li jkun hemm aktar armonija bejn il-kontestanti ta’ X Factor Malta u Philippa.





YouTube / PrimeTime



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI