Ilbieraħ, fuq is-sit tagħna, ħriġna l-istorja ta’ telespettatriċi li ċemplet biex turi li ma tapprovax kif jilbsu l-preżentaturi tal-programm Bejnietna għax din il-mara dehrilha li jkunu mqaċċtin iżżejjed.
Wara ħafna u ħafna kummenti fuq il-mezzi soċjali, kummenti fuq il-paġna tagħna, il-paġna ta’ Malta Diżastru Totali u l-filmat li saħansitra spiċċa fuq TikTok. Stephanie b’ċajta tgħid li fuq TikTok il-filmat ġab aktar views mit-TikToks kollha li qatt tellgħat hi.
Hi ħadet iċ-ċans li tgħaddi messaġġ ukoll biex jieqaf il-hate speech online. Hi tgħid hawn ħafna affarijiet negattivi mela ejja nkunu pożittivi. Hi tgħid, “Ejja nkunu aħna li nbidluhom dawn l-affarijiet, isbaħ mill-imħabba m’hawnx. Naf x’qed ngħidilkom. Diġà biżżejjed hawn ruxmata dwejjaq fil-ħajja, dwejjaq… tiġix tgħidli m’għandux dwejjaq, m’għandux xi saram fil-familja.”
Ara x’kellha xi tgħid eżatt hawn taħt!
Facebook / Stephanie Chircop