Fil-programm ‘Popolin’ ta’ Quinton Scerri kien hemm il-Fundatur ta’ Animal Protectors Malta, Mikel St John. Mikel qal li biddel il-post fejn kien joqgħod biex ikun jista’ jsalva aktar qtates. Għamel żmien kien joqgħod iż-Żurrieq fejn kellu 22 qattus jgħixu miegħu fid-dar u 22 oħra filġnien tiegħu. Iżda dawn minn 44 qattus telgħu għal 65! Issa xtara bangalo, bl-ispazju ta’ barra huwa kollu kemm hu għall-qtates.
Apparti l-qtates tiegħu, Mikel jitma’ 80 qattus fil-Marsa u oħrajn fiż-Żurriew. Fl-intervista jgħid li ġieli l-ispiża biex jitma’ dawn il-qtates kollha ġieli titla mal-€1600 ewro. Iżda dan jagħmlu għax vera jħobb l-annimali. Mikel jgħid li kieku ma jkunx hemm nies bħalu u volontiera li jieħdu ħsieb dawn il-qtates, kieku fil-pajjiż għandna problema kbira.
Popolin / Television Malta / Facebook